Class Website

Phonics Bug

It-tgħalim tal-ingliż bl-użu tal-‘Phonics Bug’.

Għeżież ġenituri,

kif tafu, il-ġimgħa li għaddiet bdejt ngħallem il-ħoss u l-isem tal-ittri bl-ingliż. Dan qed nagħmlu bl-użu tal-‘Phonics Bug’. Kif tafu bħal issa ninsab ma niflaħx, imma la nerġa lura l-iskola se nkomplu Units 1 & 2.

X’ inhu l-‘Phonics Bug’?

Il-‘Phonics Bug’ huwa ‘online interactive programme’ fejn permezz ta’ ‘on-line games’ u videos jgħallem lit-tfal il- ħsejjes u l-isem tal-ittri bl-ingliż. It-tfal għandhom logħob assoċjat ma’ kull grupp ta’ ħsejjes li bihom jitgħallmu jgħaqqdu l-ħsejjes tal-ittri, jaqraw kliem u sentenzi, kif ukoll jiktbu l-kliem li jisimgħu.

Il-‘Phonics Bug’ jipprovdi wkoll ‘online books’ fejn it-tfal jiddeċiedu huma jekk iridux jisimgħu l-istorja jew jekk iridux jaqrawha huma. Il-programm jgħallem lit-tfal it-‘tricky words’ ukoll. Permezz tal-‘password’ li qegħda fin-notebook, intom tistgħu taċċessaw il-kotba tal-‘Phonics Bug’ li jiena nkun tajt lit-tifel/ tifla tagħkom mid-dar. S’issa lit-tfal għadni ma tajthomx ebooks għax l-ewwel irridu nlestu Units 1 & 2.

Agħfas hawn u hawn biex tara ‘videos’ dwar il-‘Phonics Bug’.

Il-‘Phonics Bug’ huwa mqassam hekk:

Units 1 & 2: s, a, t, p, i, n, m, d

Unit 3: g, o, c, k

Unit 4: ck, e , u, r

Unit 5: h, b, f, ff, l, ll, ss (ff, ll, ss, ngħodduhom bħala ħoss wieħed)

Unit 6: j, v, w, x

Unit 7: y, z, zz, q

L- ittri miktubin bl-aħmar huma l-ittri li se jsir l-aktar enfasi fuqhom peress li għandhom ħoss differenti minn dawk tal-malti. Jiġifieri f’Units 1 & 2 se jsir enfasi fuq il-ħoss tal-ittra a. Agħfas hawn biex tara l-Phonics Bug Video tal-ittra a.  Agħfas hawn biex tisma l-ħoss u l-isem tal-ittra a. It-tfal iridu jiftħu ħalqhom ħafna meta jgħidu l-ħoss tal-ittra a, qishom se jigdmu tuffieħa.

Kull lezzjoni tibda bl-alphabet song biex it-tfal jitgħallmu l-isem tal-ittra wkoll. Agħfas hawn.

Il- programm ikompli bit-tagħlim tad-digraphs (żewġ ittri ħdejn xulxin b’ħoss wieħed) u trigraphs (tlett ittri ħdejn xulxin b’ ħoss wieħed):

Unit 8: ch, sh, th, ng

Unit 9: ai, ee, igh, oa, oo

Agħfas hawn biex tara ’video’ dwar il-ħsejjes tal-ittri bl-ingliż.

Tinsewx li ma’ kull unit it-tfal għandhom sett ta’ kotba fuq l-internet x’jaqraw. It-tfal qed ikunu kapaċi jaqraw dawn il-kotba għax huma magħmulin minn kliem li t- tfal kapaċi jispellu. Il-kotba jinkludu wkoll it-‘tricky words’ li t-tfal ikunu diġa’ tgħallmu.

Kull nhar ta’ Tnejn se nistaqsi t-‘Tricky Words’ lit-tfal. Inħeġġiġkom biex tgħinu lil uliedkom jitgħallmu jiktbu u jaqraw it-‘Tricky Words’. Nhar it-Tnejn 23ta’ Jannar se nistaqsihom I, the, he & she. Jiktbuhom u jaqrawhom.

Importanti wkoll li tgħinuhom:

  • Jgħarfu l-ittri bl-ingliz permezz ta’ logħob, bħal eżempju tombla.
  • Jiktbu u jispellu kliem magħmul mill-ittri li nkunu tgħallimna

L-Erbgħa 25 ta’ Jannar mid-9:00 am sal-11:00 am ser issir laqgħa l-iskola dwar it-tagħlim tal-ingliż bl-użu tal-phonics Bug.

Grazzi ħafna tal-koperazzjoni tagħkom.

Mrs.O.Camilleri

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Tag Cloud

%d bloggers like this: